Lokali

22 persuna jingħataw il-kura wara li partijiet minn lukanda f’Tas-Sliema ħadu n-nar

Numru ta’ turisti ġew evakwati minn lukanda f’Tas-Sliema wara li matul il-lejl qabdet bin-nirien.

Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3.30am, fi Triq Tony Nicholl. Fil-post issejħu żewġ ambulanzi bi tlett tobba, sitt infermiera u tmien uffiċjali oħra sabiex jassistu. 22 residenti ngħataw il-kura fuq il-post.

Il-Pulizija u uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili wkoll marru fuq il-post biex jikkontrollaw in-nirien.