Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump ħabbar li l-poloz tat-Tazza tad-Dinja 2026 li se ssir fl-Istati Uniti, Kanada u Messiku se jittellaw fil-5 ta’ Diċembu li ġej fil-Kennedy Center.
Dan huwa għall-kuntrarju ta li ħasbet il-midja hekk kif fl-1994, jiġifieri l-aħħar darba li saret f’dawn it-tlett pajjiżi, il-poloz kienu ttellaw f’ Las Vegas.
It-Tazza tad-Dinja se jkollha l-iżjed ammont ta’ pajjiżi jieħdu sehem fl-istorja, dak ta’ 48 pajjiż differenti, għall-kuntrarju ta’ 32 li ssoltu jieħdu sehem.
Il-President tal-FIFA, Gianni Infantino ppreżenta t-Tazza lil Trump fil-konferenze li saret nhar il-Ġimgħa fil-Oval Office, fil-White House.