Is-sitwazzjoni tal-iskart f’pajjiżna ma tistax tkompli sejra kif inhi. U l-Partit Nazzjonalista ppreżenta numru ta’ proposti li se jgħinu sabiex it-toroq ta’ pajjiżna jkunu aktar nodfa.
Iddikjara dan l-editorjal tal-Malta Independent, meta kien spjegat li numru ta’ proposti li ġew ippreżentati fid-dokument ta’ konsultazzjoni ‘Inaddfu lil Malta’ – huma soluzzjonijiet konkreti sabiex tibda tissolva l-kriżi tal-indafa fit-toroq ta’ pajjiżna.
Fil-gazzetta, l-editur ifaħħar prinċiparjament il-proposta li tinkludi sistema ta’ bins taħt l-art. L-iskart, jiġi mormi minn toqba li mbagħad tagħti għal kontenituri kbar taħt l-art. Hemmhekk, is-sistema tkun ikkontrollata b’temperaturi li jippermettu sabiex ma jkunx hemm rwejjaħ jew problemi ta’ annimali. B’dan l-iskart jinġabar permezz ta’ trakkijiet li għandhom sistemi ta’ lifting attrezzat. Dawn is-sistemi, jitqiegħdu flok dawk li huma bring-in sites – u fejn hu possibbli jiżdiedu skont l-eżiġenzi.
Huwa fatt magħruf illi madwar pajjiżna, l-iskart li jinħareġ fi ġranet ħżiena, hija wkoll kriżi li prinċiparjament tiżdied fis-sajf.
Bl-editur jispjega li l-proposta li tintroduċi trakkijiet li jistgħu jiġbru skart differenti fl-istess ħin permezz ta’ partitions, tista’ tkun soluzzjoni għal din il-kriżi.
L-editorjal jispjega li kienu bosta Sindki li tkellmu fuq il-problema ta’ skart li jitħalla fit-triq u bins li jkunu se jinfaqgħu bl-iskart. Fejn tenna li l-proposti li preżenta l-Partit Nazzjonslita jistgħu ikunu parti mis-soluzzjoni.
L-editorjal insista li l-proposti tal-Partit Nazzjonalista għandhom jiġu kkundisrati – għaliex s-sitwazzjoni tal-iskart f’pajjiżna ma’ tistax tibqa’ serja għall-agħar.
//= $special ?>