Internazzjonali

Il-Prim Minsitru Spanjol kritikat b’rabta man-nirien f’pajjiżu

L-agħar nirien fi Spanja f’għexieren ta’ snin qed iqajmu turbolenzi politiċi bil-pressjoni tkompli tiżdied fuq il-Prim Ministru Pedro Sanchez – li diġà qed iħabbat wiċċu ma numru ta’ skandli ta’ korruzzjoni.

Dak li beda b’emerġenza ta’ tibdil fil-klima – spiċċa infirex fi kriżi politika għal Sanchez. Il-Gvern Spanjol saħaq li għamel minn kollox u ddedika r-riżorsi kollha sabiex in-nirien devastanti jkunu missielta madanakollu l-poplu Spanjol huwa tal-impressjoni li l-Gvern setgħa għamel aħjar.

Dan hekk kif qed jisħqu li l-Forzi Armati għamlu ħamest ijiem jitolbu għar-rinforzi u dak li kien mitlub ma wasalx bi sħiħ.