Futbol Sport

Illum jingħata bidu għall-istaġun tas-Serie A

(Ritratt: EPA)

Illum jingħata bidu għall-istaġun tas-Serie A. Iċ-champions Napoli jibdew jiddefendu t-titlu barra minn darhom għand it-tim neo-promoss Sassuolo. Milan jilagħbu f’San Siro kontra Cremonese filwaqt li Roma fi Stadio Olimpico jilqgħu lil Bologna.

Għada l-Ħadd mbagħad jidħlu fl-azzjoni Juventus li jilgħabu kontra Parma filwaqt li Atalanta jilqgħu lil Pisa. L-ewwel ġurnata tiġi fi tmiemha t-Tnejn b’żewġ partiti fejn Udinese jilagħbu kontra Verona filwaqt li Inter jilagħbu kontra Torino.

Il-favoriti dan l-istaġun jidher li huma Napoli u Inter għal darb’oħra minkejja li mhux eskluż li timijiet oħra bħal Milan, Juventus u Roma jkunu wkoll fost l-isfidanti.

SERIE A

Illum

Genoa v Lecce 6.30pm

Sassuolo v Napoli 6.30pm

Milan v Cremonese 8.45pm

Roma v Bologna 8.45pm

Għada

Cagliari v Fiorentina 6.30pm

Como v Lazio 6.30pm

Atalanta v Pisa 8.45pm

Juventus v Parma 8.45pm

It-Tnejn

Udinese v Verona 6.30pm

Inter v Torino 8.45pm