Instab Christoffer Mattsson. Ir-raġel Finlandiż li spiċċa nieqes waqt li kien għal btala f’pajjiżna.
Fl-aħħar jiem, il-pubbliku fosthom familtu u l-ħbieb tiegħu kienu qed jappellaw fuq il-midja soċjali biex jekk xi ħadd jilmaħ lil Christoffer jew għandu xi tip ta’ informazzjoni, jagħmel kuntatt mal-pulizija, sabiex jinstab mill-aktar fies.
Huwa fit-18 t’Awwissu deher l-aħħar fiż-żoni ta’ San Pawl il-Baħar u tas-Sliema. Kien ingħad li bejn is-02.00 u t-03.00 ta’ filgħodu tal-21 t’Awwissu, il-mowbajl tiegħu ġie mitfi. Kien hemm ukoll rapporti li l-mowbajl setgħa nsteraqlu.
Il-familjari u dawk qrabatu issa jinsabu b’moħħhom mistrieħ, hekk kif Mattsson instab.
//= $special ?>