Lokali

Ir-raġel involut fil-hit-and-run tal-bieraħ għadu ma nstabx

Il-Pulizija għadha qed tfittex sewwieq li lbieraħ filgħodu kien involut f’ħabta ma’ mutur.

Il-każ seħħ fi Triq Sir Anthony Mamo, u wara l-inċident is-sewwieq tal-karozza ħarab mill-post.

Hu kien qiegħed isuq vettura tal-għamla Nissan li ħabtet ma’ mutur misjuq minn raġel ta’ 57 sena. Dan tal-aħħar spiċċa l-isptar, u qed isofri minn ġrieħi serji.

Dwar il-każ għaddeja inkjesta immexxija mill-Maġistrat Monica Borg Galea.