Miet l-assistent direttur tas-Serje Emily in Paris , Diego Borella fl-eta ta’ 47 sena.
Huwa ħalla din id-dinja traġikament, il-Ħamis 21 ta’ Awwissu f’Venezja hekk kif waqa’ u miet kaġun ta’ attakk tal-qalb.
Huwa kien jinsab f’Venezja għal ġbid tal-ħames staġun ta’ Emily in Paris. Filfatt, Borella kien qed jipprepara għal xena finali fil-lukanda Danieli meta f’daqqa waħda waqa’ u rriżulta li kien tah attakk tal-qalb. It-tobba marru fuq il-post sabiex jagħtuh assistenza medika, iżda sfortunatament kien laħaq miet.
Il-kollegi u l-ammiraturi kollha tiegħu qed isellmu l-memorja tiegħu. Filwaqt li l-ħames staġun tas-serje għalissa waqaf jinġibed.
//= $special ?>