Taljan ta’ 20 sena ġie kkundannat 4 snin ħabs sospiżi wara li pprova jixtri l-alkoħol minn post tad-divertiment f’Paceville bi flus foloz.
Mattia Cammartoa kien arrestat nhar is-Sibt 22 ta’ Awwissu wara li kien irrappurtat li Taljan inqabad jipprova iħallas għal flixkun alkoħol b’karta ta’ 20 ewro falza.
Huwa kien avviċinat mill-Pulizija, u sabulu 180 ewro fi flus kontanti foloz. Wara saret ukoll tfittxija fil-kamra fejn qed jgħix, fejn nstabu mal-1000 ewro flus kontanti vera.
Iż-żgħażugħ tressaq il-Qorti akkużat li uża flus foloz. Huwa ammetta l-akkużi miġjuba kontrih dan filwaqt li talab skuża lill-pubbliku ta’ għemilu. Fil-Qorti pperseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello, il-prosekuzzjoni spjegat li dan huwa reat gravi iżda rrikonoxxiet li l-akkużat għen lill-Pulizija.
Meta kkundisrat kollox il-Maġistrat kkundannat lil Cammartoa senten ħabs sospiżi gżaol erba’ snin waqt li ordnar il-konfiska tal-flus foloz.
//= $special ?>