Lokali Qorti

Tinżamm arrestata wara li bdiet thedded xufier tal-bolt

Mara ta’ 30 sena inżammet arrestata wara li kienet akkużata li serqet xufier tal-bolt.

Yanika Cuschieri residenti Birkirkara, kienet mixlija li nhar id-19 ta’ Awwissu f’Ħal Lija serqet xufier tal-bolt u anke kisret sentenza tal-Qorti u l-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.

Fil-Qorti ħareġ illi l-Pulizija kienet infurmata minn rappreżentanti ta’ Transport Malta dwar rapport fejn allegatament seżż serq aggravat, b’theddid ta’ użu ta’ vjolenza fuq xufier tal-bolt. Allegatament, Cuschieri serqet numru ta’ affarijiet minn vettura fosthom żewġ mobiles u flus kontanti.

Hija kienet arrestat ftit qabel il-5 ta’ waranofsinhar tad-19 ta’ Awwissu.

Intant, saret talba biex Yanika Cuschieri, tingħata l-għajnuna fil-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin għaliex tixtieq li tibda l-programm residenzjali ta’ rijabilitazzjoni mid-droga.

Il-Maġistrat Rachel Montebello, kkunsidrat il-fatti u laqgħet it-talba sabiex tibda programm residenzjali dan filwaqt li ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur ix-xufier tal-bolt.