Futbol Sport

Bidu pożittiv għal Juventus u Como, Atalanta miżmuma minn Pisa

(Ritratt: EPA)

Juventus kisbu rebħa ta’ 2-0 fuq Parma. Jonathan David poġġa lill-bianconeri fil-vantaġġ wara siegħa logħob. Juventus sfaw jilagħbu bi plejer inqas fl-84 minuta meta tkeċċa Andrea Cambiaso iżda minut wara kien Dusan Vlahovic li għamilhom 2-0.

Draw ta’ 1-1 bejn Atalanta u Pisa. Pisa fil-vantaġġ wara 26 minuta permezz ta’ awto-gowl ta’ Isak Hien. Atalanta għamlunom 1-1 fil-50 minuta b’gowl ta’ Gianluca Scamacca.

Bidu mill-aqwa għal Como li kisbu rebħa ta’ 2-0 kontra Lazio. Iż-żewġ gowls waslu fit-tieni taqsima. L-ewwel kien Anastasios Douvikas li għamilhom 1-0. Lazio kellhom gowl ta’ Valentin Castellanos imħassar permezz tal-VAR. Como għamluhom 2-0 fit-73 minuta permezz ta’ Nico Paz.

F’Sardenja, draw ta’ 1-1 bejn Cagliari u Fiorentina. Rolando Mandragora poġġa lill-viola fil-vantaġġ fit-68 minuta. Cagliari ġabu l-iskor indaqs fil-ħin mogħti żejjed fi tmiem il-partita permezz ta’ Sabstiano Luperto.