Card magħrufa bħala ‘Upper Deck Exquisite Collection Dual Logoman Autographs Jordan & Bryant’ inbiegħat għal record ta’ £9.56 miljun.
Jidher li l-persuna li ħallas dawn il-flus ma riedtx jiżvela l-identità tiegħu. Din il-card kienet qed tinżamm minn persuna għal aktar minn 10 snin u ma kinitx se tinbiegħ għall-inqas minn £4.4 miljun.
Din il-card tal-kollezzjonisti saret it-tieni l-aktar oġġett għoli hekk kif dan ir-rekord jinżamm għall-flokk tal-leġġenda tal-baseball Babe Ruth li nxatara għal £18.1 miljun.
//= $special ?>