Futbol Sport

FILMAT | Draw ta’ mingħajr gowls bejn Birkirkara u Gżira United

Ritratt ta' Joseph Galea
Ritratt ta' Joseph Galea

Malta Premier (it-tieni ġurnata) | Birkirkara vs Gżira United 0-0

F’waħda mil-partiti l-aktar mistennija minn match day 2 tal-Malta Premier, Birkirkara u Gżira United temmew fi draw ta’ 0-0. Dan kien it-tieni draw konsekuttiv ta’ mingħajr gowls minn Birkirkara, wara li fl-ewwel ġurnata tal-Kampjonat huma ġew draw kontra Valletta.

Għall-maroons, li dan l-istaġun huma mmexxija mil-kowċ Clive Mizzi, dan kien l-ewwel punt mirbuħ tal-istaġun wara li fl-ewwel logħba tal-Kampjonat huma tilfu 5-3 kontra Hibernians.

Ir-riżultat finali bejn Birkirkara u Gżira United kien wieħed ġust, hekk kif tul id-90 minuta deher li kien hemm bilanċ bejn iż-żewġ naħat. L-azzjonijiet ta’ skor kienu niexfa, bl-aħjar ċans tal-logħba ġie f’saqajn l-Istripes qabel ma ntemmet l-ewwel taqsima.

Kienet azzjoni fejn il-plejer tal-logħba, Clayton Failla ta’ Gżira United kien deċiżiv biex tajjar ballun minn fuq il-linja wara konkluzzjoni ta’ Kemar Reid.