It-tennista Brittanika Emma Raducanu kisbet l-ewwel rebħa tagħha fl-Open tal-Istati Uniti sa mill-2021 meta dakinhar kien irnexxielha tirbaħ ukoll dan il-Grand Slam.
Fi Flushing Meadows hi għelbet lill-Ġappuniża Ena Shibahara 6-1 6-2 fejn rebħet bl-aktar mod faċli. Din kienet l-inqas darba li damet biex rebħet partita matul il-karriera tagħha.
Il-kowċ Fracisco Roig li għen lil Rafael Nadal jirbaħ 22 Grand Slam għen lil Raducanu tavvanza għar-rawnd li jmiss.
Din ir-rebħa tnessi xi ftit id-diżappunti li Raducanu kellha matul is-snin hekk kif fl-2022 u l-2024 kienet eliminata fl-ewwel rawnd filwaqt li fl-2023 tilfet dan it-tournament minħabba injury.
//= $special ?>