Futbol Sport

Gowl fl-aħħar sekondi ta’ Ensell Attard jagħti rebħa lil Marsaxlokk

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Naxxar L……………………0

Marsaxlokk………………1

Naxxar L.: M. Debono, G. Goncalves, N. Pace Cocks, J. Dos Santos (A. Firmino 56′), M. Batista, C. Gauci (K. Haber 88′), E. Angulo (J. Reyes 74′), R. Da Silva, C. Nganmini, V. De Jesus, J. Cardoso

Marsaxlokk: C. Mafoumbi, O. El Hasni, E. Pepe, N. Muscat, J. Arias, J. Corbalan, J. Soares (E. Attard 85′), J. Minala (N. Portelli 85′), L. Aguirre, M. Santos, A. Majok (W. Da Silva 68′)

Referee: Emanuel Grech

Assistenti referees: M. Scerri, K. Saliba

Fit-Tony Bezzina Stadium, Marsaxlokk kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta gowl fl-aħħar sekondi tal-partita tas-sostitut Ensell Attard tagħhom it-tliet punti.

Għal Naxxar dan kien it-tieni riżultat negattiv dan l-istaġun wara t-telfa ta’ 3-1 kontra Floriana fl-ewwel partita filwaqt li għal Marsaxlokk din kienet it-tieni rebħa konsekuttiva wara r-rebħa ta’ 3-1 fl-ewwel konfront kontra Mosta.

Bil-partita dehret destinata għal draw ta’ mingħajr gowls Marsaxlokk skorjaw il-gowl tar-rebħa fir-raba’ minuta tal-ħin mogħti żejjed fi tmiem il-partita permezz tas-sostitut Ensell Attard.