Internazzjonali

Il-Korea ta’ Fuq: Jippruvaw il-missili ta’ ‘teknoloġija superjura’

Ir-rapporti mill-Korea ta’ Fuq qalu li r-reġim komunista ta’ Kim Jong-un ipprova żewġ missili ġodda għal kontra l-attakki mill-ajru u li jingħad li għandhom ‘teknoloġija superjuri’.

Kim Jong-un innifsu kien preżenti għall-provi, bl-Armata tiegħu, wara, titkellem dwar ‘il-kapaċitajiet uniċi ta’ dawn il-missili għall-kumbattimenti fi kwalunkwe sitwazzjoni ta’ gwerra’.

Il-provi inkwistjoni  x’aktarx li saru bħala tħejjija għal kontra xi attakk potenzjali bid-drones u l-missili ‘cruise’ fuq il-Korea ta’ Fuq.

Fl-istess ħin, il-provi kellhom isiru sigħat wara li l-Korea t’Isfel ikkonfermat li l-qawwiet tagħha kienu sparaw it-titjiriet ta’ twissija lejn is-suldati tal-Korea komunista wara li huma qasmu lejn l-inħawi ‘ipprojbiti’ taz-Zona Demilitarizzata li tissepara lill-Istati Koreani  rivali.