Tħabbret il-mewt tal-ġojjellier Belti, Frank Zampa fl-etá ta’ 94 sena.
Frank kien wieħed mill-imprendituri magħrufa f’din l-industrija , b’diversi ħwienet tal-ġojjelliera fil-Belt Valletta. Lilhinn minn dan, Frank kien involut fl-isport, fejn lura fis-snin 60 u 70 kien wieħed mill-aqwa plejers Maltin tal-waterpolo.
Apparti li Frank lagħab mat-tim nazzjonali Malti ta’ dawk iż-żminijiet, hu kien wieħed mill-plejers ta’ Valletta United li f’dik l-era rebħu għal diversi drabi l-Kampjonat u unuri oħra maġġuri fil-waterpolo lokali.

Ritratt li juri t-tim tal-waterpolo ta’ Valletta United tal-1967, b’Frank Zampa kien wieħed mil-plejers ta’ din l-iskwadra
Il-legat ta’ Frank fix-xogħol tiegħu bħala ġojjellier ta’ esperjenza, intiret mit-tfal u n-neputijiet tiegħu li sal-lum qed ikomplu fuq dak li kien bena Frank f’dan il-qasam ta’ kummerċ.
Net News jieħu din l-opportunitá sabiex isellem il-memorja ta’ Frank u jagħti l-kondoljanzi sinċiera lill-familjari kollha tiegħu.

Frank Zampa (l-ewwel wieħed minn fuq il-lemin) waqt attivitá li kienet saret fis-snin 60 fil-pitch tal-water polo ta’ Valletta United
//= $special ?>