Il-Prim Ministru jrid jiggarantixxi li r-riforma li semma fil-leġiżlazzjoni tal-pieni tat-traffiku jridu jinkludu testijiet sporadiċi għall-vetturi kollha kemm għax-xorb alkoħoliku kif ukoll għad-drogi.
Dan saħqu t-tabib tal-Emerġenza Jonathan Joslin fuq Facebook wara li l-Ħadd filgħodu f’intervista fuq is-Super One Robert Abela saħaq li l-Gvern qed jirrevedi l-pieni – madanakollu ma għamel l-ebda aċċenn għat-testijiet sporadiċi li issa diversi assoċċjazzjonijiet u tobba ilhom jappellaw għalihom.
Jonathan Joslin insista li l-akbar u vera deterrent biex innaqsu l-inċidenti tat-traffiku u l-fatalitajiet fit-toroq Maltin u Għawdxin huma t-testijiet sporadiċi.
Huwa spjega li filwaqt li multi severi jistgħu iservu bħala deterrent, l-esperti qed jinsistu li l-vera game changer huma t-testijiet sporadiċi – testijiet li jaqbdu kemm l-livell ta’ konsum alkoħoliku kif ukoll drogi.
Joslin saħaq li dawn it-testijiet s’intendi jridu jsiru qabel ma jsir inċident tat-traffiku u mhux wara.
Dan filwaqt li spjega li f’pajjiżna għandna bżonn protezzjoni u mhux reazzjoni – filwaqt li insista li jrid ikun ċar daqs il-kristall li kulħadd ikun min ikun jista’ jitwaqqaf u jsirlu test.
//= $special ?>