Manchester United kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Fulham biex b’hekk minn żewġ partiti kisbu biss punt wieħed. Għal darb’oħra r-Red Devils kellhom bidu tajjeb fejn iddominaw l-ewwel taqsima. Manchester United kellhom ċans li jiftħu l-iskor wara 38 minuta iżda minn ħdax-il metru, Bruno Fernandes xeħet għoli. Il-gowl li poġġa lil Manchester United fil-vantaġġ wasal fit-58 minuta permezz ta’ awto-gowl ta’ Rodrigo Muniz. Fulham ġabu l-iskor indaqs fit-73 minuta permezz tas-sostitut Emile Smith Rowe.
Everton kellhom bidu mill-aqwa fl-istadium il-ġdid tagħhom meta għelbu lil Brighton bl-iskor ta’ 2-0. Debutt mill-bidu wkoll għal Jack Grealish li kellu sehem dirett fiż-żewġ gowls skorjati minn Iliman Ndiaye fit-23 minuta u James Garner fit-52 minuta. Brighton kellhom ċans jidħlu fil-partita iżda l-penalty ta’ Danny Welbeck kien salvat minn Jordan Pickford.
Draw ta’ 1-1 f’Selhurst Park bejn Crystal Palace u Nottingham Forest. Ismaila Sarr poġġa lil Palace fil-vantaġġ wara 37 minuta. Forest għamluhom 1-1 fis-57 minuta permezz ta’ Callum Hudson-Odoi.
//= $special ?>