Sport Sport Ieħor

Marc Marquez jikseb is-seba’ rebħa konsekuttiva

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq Spanjol Marc Marquez kiseb is-seba’ rebħa konsekuttiva fil-Moto GP wara li rebaħ il-Grand Prix tal-Ungerija.

Marquez beda mill-pole position u niżel fit-tielet post fl-ewwel dawra iżda rnexxielu jirkupra u rebaħ b’mod komdu fiċ-ċirkwit ta’ Balatonfokajar.

Is-sitt darbiet champien tal-Moto GP temm qabel l-Ispanjol Pedro Acosta li temm fit-tieni post filwaqt li t-Taljan Marco Bezzecchi temm fit-tielet post.

B’din ir-rebħa issa Marquez kompla jkabbar il-vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika tas-sewwieqa fuq ħuh Alex Marquez li temm fl-14-il post wara li ħabat fit-tieni dawra biex b’hekk kif issa għandu vantaġġ 175 punt.