Barry James Mckeown, Skoċċiż ta’ 41 sena, tressaq il-Qorti akkużat bi vjolenza domestika u pussess ta’ sustanzi f’lukanda f’San Ġiljan, bl-imputat jammetti għall-akkużi miġjuba kontrih u ġie mmultat €58.
Fit-22 ta’ Awwissu, il-pulizija kienu ġew infurmati biex jassistu f’argument li seħħ f’lukanda f’San Ġiljan. Il-pulizija daħlu fil-kamra tal-akkużat u sabuh mal-allegata vittma. Hija qalet li t taha daqqa f’wiċċha. Fil-kamra nstabu wkoll sustanzi, li aktar tard irriżulta li kienu fil-parametri tal-liġi.
L-allegata vittma, li kienet qiegħda għal vaganza f’pajjiżna flimkien mal-imputat ma riditx tiftaħ rapport mal-Pulizija u rrifjutat li tieħu kura medika. Dan filwaqt li meta ġiet offruta protezzjoni mill-imputat, ma riditiex.
Il-Qorti, innutat li l-imputat għandu kondotta nadifa u mponiet multa ta’ €58.
Il-Qorti kienet ippreseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella.
//= $special ?>