“Pajjiżna qed jiżviluppa b’rata mgħaġġla ħafna fejn tidħol l-infrastruttura – iżda l-għajnuna soċjali spiċċat minsija”.
Iddikjara dan il-Kap Eżekuttiv tal-YMCA Anthony Camilleri, li tkellem mal-Malta Independent sabiex jispjega kemm verament hawn persuni f’pajjiżna li jbagħtu l-faqar, u li ma għandhomx aċċess għall-aktar affarijiet bażiċi bħal elettriku u anke ħwejjeġ.
Fl-intervista li saritlu, huwa spjega li huma bosta n-nies li mhux qed jaffordjaw jgħixu, fejn spjega li tista’ tkun sitwazzjoni ta’ kriżi waħda li titfa’ persuna fi kriżi serja ta’ faqar – hekk kif tenna li kull wieħed u waħda minnha nistgħu nispiċċaw f’dan ir-riskju.
Camilleri qal li fl-2024, kienu 335 persuna f’riskju li jispiċċaw bla saqaf fuq rashom. Kienu 185 li propju spiċċaw bla saqaf fuq rashom.
Huwa spjega li l-YMCA tagħmel l-għalmu tagħhha sabiex toffri kemm lil dawn il-persuni, iżda r-riżorsi tagħha huma limitati.
Fejn spjega wkoll li primarjament, il-problemi li jwasslu għal homelessness huma użu ta’ droga u problemi ta’ saħħa mentali, iżda minbarra dawn hemm ukoll vjolenza domestika, koppji li jinfirdu u anke anzjanità.
Fl-intervista ħareġ, li 74% tal-persuni li spiċċaw homeless, kienu rġiel, dan filwaqt li jidher li hemm problema serja fost dawk li għandhom aktar minn 60 sena.
Intant, il-Kap Eżekuttiv appella sabiex din is-sitwazzjoni tibda tingħata aktar prijorità fejn appella sabiex issir strateġija nazzjonali kontra l-homelessness. Fejn spjega wkoll li din għandha tkun fiċ-ċentru ta’ kull diskussjoni b’rabta mal-budget ta’ pajjiżna.
Fejn spjega wkoll illi għandu jkun hawn aktar għarfien dwar din il-kriżi u sabiex il-politiċi jieħduha bis-serjetà, u mhux sempliċiment jiddiskutuha sabiex jaqtgħuha mil-lista ta’ diskussjoni.
//= $special ?>