Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista tavża li ntbagħat Ċertifikat tal-Vot lil kull tesserat bil-jedd li jivvota fl-Elezzjoni tal-Kap. Dawn għandhom jaslu kollha sa nhar l-Erbgħa 27 ta’ Awwissu.
Min se jaġġorna t-tesserament bejn it-Tnejn 25 ta’ Awwissu u l-Erbgħa 27 ta’ Awwissu f’nofsinhar se jkun mistoqsi jekk hux se jivvota l-Erbgħa 27 ta’ Awwissu jew is-Sibt 30 ta’ Awwissu, u jekk hux se jivvota d-Dar Ċentrali jew is-Sub HQ ta’ Sannat, Għawdex. F’dan il-każ iċ-Ċertifikat tal-Vot ikun jista’ jinġabar fil-ġranet u l-ħinijiet tal-votazzjoni bikrija mill-postijiet tal-votazzjoni rispettivi.
Min jaġġorna s-sħubija tiegħu online bejn is-Sibt 23 ta’ Awissu u nhar l-Erbgħa 27 ta’ Awwissu f’nofsinhar, u jixtieq jivvota nhar l-Erbgha 27 ta’ Awwissu jew is-Sibt 30 ta’ Awwissu għandu jibgħat email fuq kummissjonielettorali@pn.org.mt sa nhar l-Erbgħa 27 ta’ Awwissu f’nofsinhar li fiha jindika d-data u l-post fejn ikun se jivvota, biex ikun jista’ jiġbor iċ-Ċertifikat tal-Vot mill-post tal-votazzjoni qabel jivvota.
Huwa importanti li ġġib il-Karta tal-Identità u ċ-Ċertifikat tal-Vot biex tkun tista’ tivvota.
//= $special ?>