Lokali

Il-Gvern tal-“meritokrazija” reġa’ għamilha – PN


€36,000 għal 10 sigħat fil-ġimgħa xogħol lil Chris Cardona bħala konsulent ma’ Clifton Grima.

Il-Gvern Laburista li tela’ bl-għajta tal-meritokrazija reġa’ għamilha.

Minn fost dawk kollha li f’pajjiżna għandhom għarfien profond tal-qasam tal-edukazzjoni, il-Ministru tal-Edukazzjoni ħass li l-aktar bniedem addattat biex jagħtih konsulenzi fil-Ministeru tiegħu hu l-eks Ministru  Chris Cardona.

Cardona kien ġie skartat min Robert Abela meta ħallih barra mill-Kabinett fl-2020 wara implikazzjonijiet serji li kien hemm dwaru. Issa Robert Abela reġa’ fetaħlu l-bieb beraħ u għamlu parti mill-Gvern tiegħu.

Il-Partit Nazzjonalista jemmen li l-għażla ta’ Cardona ma saritx abbażi ta’ meritokrazija u żgur ma saritx għall-ġid tal-poplu Malti. Għal darba oħra Robert Abela qed juża t-taxxi tal-ħaddiem Malti għal manuvri politiċi u biex itejjeb il-ħajja ta’ ‘ħbiebu’ minflok biex itejjeb il-ħajjiet tal-ħaddiema.

Il-Maltin u l-Għawdxin għandhom għażla waħda biss jekk iridu gvern li verament jemmen fil-meritokrazija. Vot lill-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni li jmiss.