Melita nediet MyRewards, skema ta’ lealtà għall-klijenti li tagħti lill-klijenti kollha ta’ Melita aċċess għal skont esklussiv sa 30 fil-mija, jew aktar, fuq firxa ta’ prodotti u servizzi minn organizzazzjonijiet imsieħba.
“Il-klijenti jistgħu jesploraw il-lista sħiħa tal-benefiċċji fuq melita.com/myrewards u jiksbu aċċess għar-rewards b’effett immedjat u b’mod sempliċi billi jużaw il-kont tagħhom MyMelita. Importanti, m’hemm l-ebda limitu għan-numru ta’ benefiċċji li klijent jista’ jitlob, u l-programm hu miftuħ għall-klijenti kollha ta’ Melita, irrispettivament mis-servizzi ta’ Melita li jużaw.”
Simon Poljsak, Head of Marketing Product and Strategy ta’ Melita Limited, ikkummenta: “B’MyRewards, Melita qed tistabbilixxi livell ġdid fir-rikonoxximent tal-lealtà tal-klijent. Qegħdin noffru lill-klijenti tagħna valur reali bi skont sostanzjali. Hemm offerta għal kulħadd, sew jekk iridux kompjuter jew magna tal-kafè, jew ikla mal-familja. U qed nagħmluha mingħajr ebda kundizzjoni moħbija.”
“Hekk kif MyRewards jikber, aktar benefiċċji se jkunu disponibbli għall-eluf ta’ nies li huma klijenti ta’ Melita. Dejjem inkomplu infittxu li nkabbru n-netwerk ta’ msieħba f’dan il-programm u nilqgħu kumpaniji li jixtiequ jsiru parti minnu,” kompla jgħid Poljsak.
Kumpaniji interessati li jissieħbu ma’ MyRewards jistgħu jikkuntattjaw lil Melita permezz tal-email Aleandro.Bartolo@melitaltd.com.
//= $special ?>