€173,982 hija s-somma sabiħa ta’ donazzjonijiet miġbura tul il-jum tal-Ħadd, hekk kif saret il-Maratona ġbir ta’ fondi b’risq il-Moviment Ġesù fil-Proxxmu.
Il-poplu Malti u Għawdxi għal darb’oħra wera l-qalb ġeneruża tiegħu. U grazzi għal dawn id-donazzjonijiet se jsiru diversi proġetti.
Il-Moviment Ġesù fil-Proxxmu jagħmel bosta proġetti f’artijiet fejn jgħixu persuni inqas ixxurtajtni minna. Fosthom il-proġetti, hemm boreholes li permezz tagħhom dawn in-nies ikellhom ilma nadif u konsistenti. Dan flimkien ma’ proġetti ta’ skejjel u sptarijiet.
Bil-għajnuna tagħna l-Maltin u l-Għawdxin qed noffru tama li dawn il-familji, qed noffru sinjal ta’ ħajja għaliex dawn in-nies minn ġurnata għall-oħra ma jkollhomx garanzija jekk għandhomx xi ħaġa x’jieklu jew le.
Dun Alex Cauchi, li qed jimla’ ż-żarbun ta’ Dun Ġorġ Grima, fl-aħħar tal-maratona qasam mal-poplu l-messaġġ ta’ ringrazzjament tiegħu.
Filfatt, Dun Ġorġ Grima għadu mfakkar minn ħafna sal-lum il-ġurnata u f’dawn l-artijiet huwa meqjus bħala qaddis; tant hu hekk li diversi skejjel u sptarijiet li qed jinbnew grazzi għad-donazzjonijiet tal-Maltin qed isemmgħuhom għalih.
Din il-festa ta’ ġenerożità, ixxandret fuq l-istazzjonijiet kollha tat-televiżjoni – fosthom NET Television.
//= $special ?>