Sport

It-80 edizzjoni tat-Tour ta’ Spanja

Saret it-tieni ġurnata mill-ewwel tliet provi li qed isiru fl-Italja tat-80 edizzjoni tat-Tour ta’ Spanja La Vuelta. Suċċess għal Jonas Vingegaard li rebaħ bi sprint fuq il-grupp.  It-tieni prova kienet fuq distanza ta’ 159.6 kilomentru minn Alba sa  Limone Piemonte.

Fl-ewwel post Jonas Vingegaard tad-Danimarka għal Team Visma Lease a Bike li fi 3 sigħat 47 minuta u 14-il sekonda li bi sprint rebaħ fuq it-Taljan Giulio Ciccone ta’ Lidl Trek, David Goudu ta’ Franza għal Groupama u l-Kolombjan Egan Bernal ta’ Ineos Granadiers.

Fil-klassifika ġenerali hemm l-istess klassifikazzjoni tat-tieni prova, bid-differenza li Jonas Vingegaard b’7 sigħat 56 minuta u 16-il sekonda u fetaħ distakk minimu ta’ 4 sekondi fuqCiccone, Goudu u Bernal.

It-tielet prova hija fuq distanza ta’ 134.6 kilometri minn San Maurizio Canavese sa Ceres.