Lokali

Karl Stagno Navarra jgħajjar lin-Nazzjonalisti li “għandhom bżonn eżorċista”

In-Nazzjonalisti għandhom bżonn eżorċista.

Hekk stqarr il-propagandista tal-Labour Karl Stagno Navarra hekk kif testwalment huwa kiteb fuq il-blog immexxi minnu li “Ma’ nies bħal dawn, mhux Kap għandhom bżonn imma eżorċista”, hekk kif ħass li kellu jikteb fuq il-bloggjatura tiegħu jindirizza lix-Shadow Minister għal Għawdex Alex Borg.

Wieħed mill-protagonisti tal-faxxa estremista tal-Labour, issokta bil-kitba ta’ firda u mibgħeda – fejn qabbel lill-partitarji nazzjonalisti ma nies imxajtna, li għandhom bżonn eżorċiżmu.

Diskors li ċertament huwa ta’ min jistmerr u li ċertament jeħtieġ il-kundanna tal-Mexxej Laburista – diversi kienu dawk li kkundannaw tali kliem.

Madanakollu jum wara ieħor Stagno Navarra u l-bella kumpanija jibqgħu jiktbu mingħajr ebda kundanna minn naħa ta’ Robert Abela.