Iż-żewġt itfal kellhom 9 u 11-il sena rispettivament u meta l-adolexxenti kellu 17-il sena.
It-traġedja, intant, kellha sseħħ fl-istess rotta tal-immigrazzjoni li swiet il-ħajja ta’ aktar minn 30,000 mill-2014 ‘il hawn – statistika provduta mill-International Organisation for Migration (IOM).
Il-katavri tal-vittmi nstabu mill-membri tal-entità Ġermaniża RESQSHIP u wara li huma salvaw mal-65 persuna mid-dinghy li kien għadu fl-ibħra ftit ‘il hinn mil-Libja. Dan ukoll fost it-tfittxija għal xi immigranti nieqsa.
L-omm tal-vittmi u membru ieħor tal-istess familja, sadanittant, salvaw b’ħajjithom u meta huma, fil-preżent, jinsabu rikoverati fil-gżira ta’ Lampedusa, fi Sqallija.
Issa wkoll sar magħruf li d-dinghy, nhar il-Ġimgħa, kien beda l-vjaġġ fatali minn Zuwara, fil-Punent tal-Libja u qabel spiċċa f’diffikultajiet fost it-taqlib ta’ baħar kontinwu.
//= $special ?>