Internazzjonali Lokali

Vapur b’ammont ta’ Maltin fuqu jispiċċa wieqaf f’nofs ta’ baħar

Il-Vapur tal-Cruises MSC World Europa, li qed jivjaġġa minn Malta, esperjenza ħsarat estensivi fil-magni meta kien qed jivjaġġa man-naħa t’isfel tal-Kosta Taljana. Il-Bastiment jinsab wieqaf bejn sema u ilma.

Il-Cruise qed iġorr fuqu ‘il fuq minn 8,000 passiġġier abbord il-Vapur lussuż li ilu jivjaġġa mal-ibħra Ewropej sa mill-2022. Dan fost passiġġiera Maltin li jinsabu fuq dan il-bastiment

Skont il-Gwardja tal-Kosta Taljana, il-problema ġrat għal ħabta tas-7:25 ta’ filgħodu u ġie rrappurtat li l-bastiment lussuż qed jesperjenza problema elettrika fil-magna li wasslet sabiex il-Vapur kellu jissospendi l-vjaġġ preżenti.

Intant Il-Gwardja tal-Kosta qed tisħaq li s-sitwazzjoni fuq il-cruise hija waħda kalma u preżentament, minħabba li m’hemmx eletriku abbord, qiegħdin jintużaw il-generators.

S’issa però mhux ċar jekk il-vapur hux ser ikun qiegħed jidħol fl-iktar port fil-viċin bit-tugboats jew inkella hux ser tkun qed tiskatta ħidma fuq il-baħar. Preżentament hemm ukoll dagħjes oħra li qed jassistu.

Il-vapur kien qed jivvjaġġa bejn Malta, Genoa, Napli, Messina, Barcellona u Marsilja.