Lokali

Wara tliet ijiem, is-sewwieq li laqat il-mutur f’San Ġwann għadu ma nstabx

Il-Pulizija għadha qed tfittex lis-sewwieq li l-Ġimgħa filgħodu kien involut f’ħabta ma’ mutur.

Il-każ seħħ fi Triq Sir Anthony Mamo, biswit l-isptar. U wara l-inċident is-sewwieq tal-karozza ħarab mill-post.

Ix-xufier kien qiegħed isuq vettura tal-għamla Nissan li ħabtet ma’ mutur misjuq minn raġel ta’ 57 sena. Dan tal-aħħar spiċċa rikoverat Mater Dei bi ġrieħi serji.

Dwar il-każ għaddeja inkjesta immexxija mill-Maġistrat Monica Borg Galea.