It-Tlieta għall-ħabta tad-disgħa neqsin kwart ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq tal-Kanal, ix-Xewkija.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 71 sena residenti x-Xagħra kien tilef il-kontroll tal-vettura tal-għamla Tuk Tuk u nqaleb.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu, u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-kura. Iktar tard, huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi serji.
Il-Maġistrat Brigitte Sultana ġiet infurmata bil-każ u fetħet inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.
//= $special ?>