Sport Sport Ieħor

Boris Becker jgħid li Daniil Medvedev “għandu jfittex għajnuna professjonali”

Daniil Medvedev
Daniil Medvedev

L-eks numru wieħed fid-dinja, Daniil Medvedev, seraq l-attenzjoni kollha fil-bidu ta’ wieħed mill-akbar Grand Slams tat-Tennis, il-US Open. Medvedev tilef kontra l-Franċiz, Benjamin Bonzi fl-ewwel rawnd ta’ dan it-turnament, u r-reazzjoni tiegħu fit-tmiem tal-partita kienet waħda li nisslet tħassib serju dwar is-saħħa mentali tal-plejer Russu.

Medvedev, li għandu 29 sena, deher jipprotesta bl-aħrax mal-umpire tal-partita, kontra deċiżjoni ta’ match point li ma kienx qed jaqbel magħha. L-imġiba ta’ Medvedev ixxukjat li dawk preżenti fi New York, hekk kif il-plejer kisser ir-racquet, qabel ma poġġa bilqiegħda waħdu, b’diżappuntat, għal diversi minuti.

Wara dan l-inċident, kienu bosta dawk li kkummentaw dwar il-mod kif irreaġixxa Medvedev, bl-eks champion tad-dinja, Boris Becker issuġġerixxa lir-Russu sabiex ifittex għajnuna professjonali.