Ramblers’ Association of Malta, Din l-Art Helwa, Birdlife, Moviment Graffitti, Nature Trust Malta, Flimkien Ghal Ambjent Ahjar, Friends of the Earth Malta, Wirt Għawdex, u l-għaqda Għawdix iridu li ma jkomplix il-proċess li se jeleġġi l-membru tal-NGOs ambjentali fil-Bord tal-Ippjanar. Dan għaliex fi kliemhom stess, il-proċess kollu ġie serjament kompromess.
Fi stqarrija, dawn l-għaqdiet spjegaw fid-dettall x’qed jiġri qabel il-votazzjoni online li se ssir fil-25 u s-26 ta’ Settembru.
Din is-saga kollha bdiet ix-xahar li għadda meta tpoġġa’ l-perit Jorge Spiteri biex jirrappreżenta l-għaqdiet. Dan meta suppost, l-isem irid jitressaq mill-NGOs infushom.
L-għaqdiet qed jaqblu li huma jridu jappuntaw lil Romano Cassar għat-terminu ta’ tliet snin.
Huma spjegaw li l-perit Spiteri diġà huwa impjegat mal-Ministeru ta’ Clint Camilleri. U allura, dan huwa kunflitt ta’ interess ċar – li biddel il-proċess kollu f’farsa!
“Bħala impjegat tal-Ministeru, il-perit Spiteri ma jista’ qatt jirrappreżenta l-għaqdiet b’mod liberu u ġenwin”. U għalhekk, l-għaqdiet sejħu għar-riżenja tiegħu mill-Bord tal-Ippjanar.
//= $special ?>