Dalgħodu ħalla Malta, it-tim ta’ Ħamrun Spartans, b’titjira diretta minn Malta għal Riga, il-Latvja għall-partita ta’ nhar il-Ħamis li ġej kontra RFS.
Din se tkun logħba deċiżiva għal min bejn Ħamrun Spartans jew RFS se jkun qed javvanza għall-istadju li jmiss tal-UEFA Conference League. Dan l-istadju se jkun l-ewwel fażi ta’ din il-kompetizzjoni, ta’ wara l-play-offs. Sal-lum ebda klabb Malti għadu qatt ma rrnexxilu jasal sa dan l-istadju għaldaqstant kemm il-darba ċ-champions Maltin, Ħamrun Spartans jirnexxilhom jissuperaw dan ir-rawnd, ikunu kitbu l-istorja fil-futbol Malti.
Fl-istaġun 2022/23, Ħamrun Spartans kienu waslu sa dan l-istadju iżda ma rrnexxilhomx jissuperaw ir-rawnd ta’ wara l-play-offs wara li kienu tilfu kontra Partizan tas-Serbja, b’aggregate ta’ 7-4.
Il-partita ta’ nhar il-Ħamis se tintlagħab fis-7pm, f’LNK Sporta Parks. Ħamrun Spartans rebħu l-ewwel leg kontra RFS bl-iskor ta’ 1-0, b’gowl tal-attakkant Taljan ta’ 21 sena, Saliou Thioune.
//= $special ?>