Il-Kamra tal-Avukati taqbel mal-appell ta’ Dr Jonathan Joslin, konsulent ewlieni fl-Isptar Mater Dei, dan dwar introduzzjoni ta’ testijiet sporadiċi u spontanji mill-Pulizija.
Il-Kamra saħqet li Malta għandha tiġi allinjata mal-kontropartijiet Ewropej billi tagħmel bħal bosta pajjiżi u tintroduċi din is-sistema’ ta’ testijiet.
Huma spjegaw li din il-liġi tkun tista’ tagħti lill-pulizija l-awtorità li twaqqaf u ttestja spntanjament liema sewwiq jidrilha li qiegħed taħt xi tip ta’ effett ieħor ta’ droga b’mod sporadiku. Dan anke wara li qalu li minħabba li bħalissa, il-liġi Maltija ma tippermettix testijiet orali ta’ droga.
Liema proċedura, kif saħqet il-Kamra tal-Avukati, diġà ġiet adottata f’ħafna pajjiżi Ewropej.
Intant huma għalqu billi saħqu li l-Kamra tal-Avukati temmen li din il-miżura tippreżenta l-unika soluzzjoni reali li għandha l-kapaċità li tnaqqas il-fatalitajiet u l-inċidenti kbar mit-toroq Maltin u Għawdxin.
//= $special ?>