Lokali

Iwaħħal f’Keith Azzopardi Tanti, għaliex kien hu li daħħal lil Chris Cardona

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Clifton Grima saħaq li għalkemm iħossu komdu bi Chris Cardona fi ħdan il-Ministeru tiegħu, qal li ma kienx hu li ingaġġah iżda is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti, dan sabiex jipprovdilu l-pariri.

Clifton Grima kien pront ifarfar minn din id-deċiżjoni kontroversjali li ġabet magħha baraxx ta’ kummenti fejn bosta esprimew diżappunt kbir għall-fatt li l-istess persuna li kienet irriżenjat fl-2019 fi żmien il-kollass tal-Gvern ta’ Joseph Muscat, wara l-arrest ta’ Yorgen Fenech, fost allegazzjonijiet oħra, ma jixraqx li jkun konsulent permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni.

U l-Ministru nnifsu kkonferma li kien is-Segretarju Parlamentari li ried lil Cardona bħala konsulent. Iżda min-naħa l-oħra meta mistoqsi mill-ġurnal Times of Malta, dwar jekk iħossux komdu b’Cardona mas-saqajn bħala konsulent tas-Segretarju Parlamentari tiegħu, hu qal li għalih Chris Cardona mhux persuna kontroversjali.