Il-Kummissarju tal-Films Johann Grech qed jibqa’ jżomm mistur l-ammont ta’ flus li nefaq mit-taxxi tal-poplu fuq dawk li rebħu premju fil-Film Awards u n-nefqa fuq id-direttur tal-festival fl-2024.
The Shift News, żvela li Johann Grech għadu ma tax din l-informazzjoni lill-ġurnalisti. Dan wara li l-ġurnalisti ta’ The Shift għamlu Freedom of Information Request, sabiex ikollhom f’idejhom lista ta’ pagamenti li ngħataw lil dawk li rebħu premju u lid-direttur tal-festival, bid-dati, l-ammonti, u l-persuni li ngħataw il-pagamenti u għalfejn ingħataw dawn il-ħlasijiet.
Il-liġi hija ċara – li l-Kummissarju kellu jirrispondi fi żmien 20 ġurnata, b’estensjoni ta’ 40 ġurnata għal talbiet li huma aktar kumplessi.
Lura fit-8 ta’ April il-Kummissjoni qalet li għandha bżonn estensjoni. Iżda minn dakinhar, The Shift ma rċeviet l-ebda informazzjoni.
Għalhekk, din is-sitwazzjoni qed tiġi deskritta bħala waħda kontra l-liġi…u jidher li din mhux l-ewwel darba li ġrat taħt it-tmexxija ta’ Johann Grech.
Skont The Shift, jidher illi dawk li ħadu premju is-sena l-oħra, għadhom qed jistennew sabiex jitħallsu. Azzjoni li ġiet deskritta bħala waħda skandaluża, u minkejja din is-sitwazzjoni – din is-sena, sar festival ieħor li fih ntefqu il-miljuni tal-ewro mit-taxxi tal-poplu.
Madanakollu, kien żvelat ukoll illi t-tender tal-Mediterrane Film Festival ta’ din is-sena – ingħata wara li kien diġa’ sar il-festival. U kif jixdhu l-provi, dan kit-tender ingħata fis-7 ta’ Lulju tal-2025 meta l-Film Festival sar fl-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju.
Intant, is-sit The Shift spjega li jekk pajjiżna jixtieq li verament jagħmel reklam tajjeb lill-industrija tal-films f’pajjiżna, dan għandu jsir b’onestà u integrità.
//= $special ?>