Karozza tat-tip Renault Megane, misjuqa minn żagħżugħ ta’ 26 sena residenti ż-Żurrieq, ikkawżat ħsara lil sitt vetturi oħrajn, wara li s-sewwieq tilef il-kontroll tal-karozza, skidja u baqa’ dieħel fil-vetturi li kienu pparkjati.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-05:10 tat-Tlieta filgħodu, fi Triq It-Torri, f’Tas-Sliema.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident, filwaqt li mill-investigazzjonijiet tal-Pulizija rriżulta li s-sewwieq ma kienx taħt influwenza ta’ xorb jew sustanzi oħrajn.
//= $special ?>