Internazzjonali

L-Awstralja: Tfittxija intensiva għall-qattiel tal-pulizija

Il-Pulizija fl-Istat ta’ Victoria qed iwettqu tfittxija intensiva għal raġel ‘armat sa snienu’ wara li hu spara għal fuq żewġ uffiċjali tal-korp – b’konsegwenzi fatali.

Uffiċjal ieħor tal-pulizija spiċċa midrub wara li l-aggressur fetaħ in-nar fuq il-pulizija li kienu marru f’residenza fl-inħawi ta’ Porepunkah; belt rurali qalb iz-zona tal-Australian Alps.

It-tfittxija għall-qattiel suspettat qed tkun imfissra bħala ‘inċident attiv’, bil-mijiet tal-pulizija qed iduru u jwaqqfu r-roadblacks fid-diversi zoni tal-Istat.

Mifhum li l-pulizija maqtula kienu marru fir-residenza biex jippreżentaw mandat ta’ arrest lill-qattiel suspettat li, skont il-media, kien imfittex għar-reati sesswali. Intant, il-pulizija anki qed ifittxu għall-mara u t-tfal tal-aggressur li wkoll għebu mill-post.