Internazzjonali

L-UE tfittex integrazzjoni aktar profonda mal-Mediterran fost instabbiltà globali


L-Unjoni Ewropea qed tħejji Patt ġdid għall-Mediterran bil-għan li japprofondixxi r-rabtiet kummerċjali u regolatorji mal-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq u tal-Lvant Nofsani. Dan qed iseħħ bl-għan li titnaqqas id-dipendenza fuq l-Istati Uniti, iċ-Ċina u r-Russja.

Il-patt, mistenni f’nofs Ottubru 2025, se jkompli jsostni fuq ftehimiet eżistenti u jinkludi l-Alġerija, l-Eġittu, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Marokk, il-Palestina, it-Tuneżija u s-Sirja. Il-konsultazzjonijiet qed jinvolvu wkoll lill-pajjiżi tal-Golf u lit-Turkija. Dan minħabba l-influwenza reġjonali tagħhom.

Dan il-patt se jwassal għall-immodernizzar tal-kummerċ, l-appoġġ għall-konverġenza f’setturi bħalma huma l-istandards diġitali, tal-enerġija, tal-ambjent u tax-xogħol.

L-inizjattiva terġa’ tfakkar id-Dikjarazzjoni ta’ Barċellona tal-1995, li kellha l-għan li tistabbilixxi żona ta’ Kummerċ ħieles, Ewro-Mediterranja iżda ma rnexxilhiex.