Lokali

ll-finalisti għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) ħabbar  il-lista tal-finalisti għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terrramaxka 2025 għal kotba ppubblikati fl-2024.

Il-Premju – li l-ewwel edizzjoni tiegħu kienet fl-1971 – huwa l-ogħla ġieħ letterarju mogħti lil awturi, edituri, tradutturi, pubblikaturi u illustraturi għal kotba ppubblikati f’Malta.

Ir-rebbieħa se jitħabbru waqt ċerimonja speċjali fis-26 ta’ Settembru. Kull rebbieħ se jingħata perjodu ta’ promozzjoni, kif ukoll ikun esebit waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb li se jsir bejn il-5 u d-9 ta’ Novembru l-MFCC