Malta ser tiehu sehem fil-kampjonati mondjali tal-Pool li ser issiru f’Ennis, l-Irlanda. bejn is-27 ta’ Awwissu u l-5 ta’ Settembru. L-erba’ timiiet Maltin, mibghuta mill-Malta Pool Association, ser iħallu Malta nhar it-Tnejn sabiex jiehdu sehem fil-kateogirji tat-timijiet tal-irgiel, żgħażaħ ta’ taht it-18-il sena u t-23 sena kif ukoll fil-kategorija tal-Over 50’s.
It-tim tal-irgiel, li ser ikun immexxi minn Carmel Cilia, ser ikun kompost minn Clayton Castaldi, Ryan Pisani, Owen Amato, Dejan Grech, Lydan Debono, Chris Zaffarese, Johan Attard u Miguel Amato. It-tim taż-żgħażagħ ta’ taħt it-18-il sena, immexxi minn Vince Saliba, li ser ikunu qedin jiddefendu t-titlu mirbuħ f’dawn l-aħħar sentejn, ser ikun kompost minn Nick Muscat, Jake Castaldi, Chaylon Castaldi u Denzel Falzon filwaqt li t-tim taż-żgħażagħ ta’ taħt it-23 sena ser ikun kompost minn Matthias Debono, Liam
Mifsud u Nordai Desira. It-tim nazzjonali Malti tal-Over 50’s, immexxi minn Pasqualem Sciberras, huwa magħmul mill-players Manuel Mallia, Marco Bonello, Antoine Aquilina, Ivan Rizzo, Kevin Mercieca u Frans Abdilla.
Barra l-kampjonati tat-timijiet kull player ser ikun impenjat fil-kampjonati individwali mondjali,
kompetizzjoni doubles kif ukoll it-tournament prestigjuz ‘World Masters’.
Vincent Degiorgio, Segretarju tal-Malta Pool Association kif ukoll tezorier tal-federazzjonijiet Ewropej u Mondjali, ser ikun l-ufficjal inkarigat mill-kontinġent Malti.


