Il-Partit Laburista għandu jkeċċi lill-Viċi Sindku tal-Imqabba wara li fuq Facebook stqarr li n-nies jħobbu jissawtu.
Dan intqal mil-Lobby tan-Nisa, illi ddikjara li hemm bżonn ir-riżenja immedjata ta’ Jonathan Dingli wara dak li qal pubblikament fuq Facebook.
Il-Malta Women’s Lobby qed jinsisti l-Labour spiċċa “jiġġustifika l-indifensibbli” bl-iskuża li kliemu kien metafora. U bl-iskuża l-oħra tkun li l-Viċi Sindku għamel suppost apoloġija.
Il-Lobby tan-Nisa jrid li l-Partit Laburista jieħu azzjoni ċara u deċiżiva. Dan sabiex juri tassew li jemmen f’tolleranza zero kontra l-vjolenza domestika. “Il-mexxeja ta’ pajjiżna jridu jagħtu eżempju”, stqarr il-Malta Women’s Lobby fi stqarrija.
Sa dalgħodu, lanqas is-Sindku tal-Imqabba – li hi mara – ma qalet xejn fuq din is-saga kollha.
Lanqas l-għaqda Nisa Laburisti ma fetħet ħalqha.