Lokali

Raġel ferut wara li ntlaqat minn vettura waqt li kien qed isuq scooter elettriku

Raġel spiċċa rikoverat l-Isptar Mater Dei wara li ntlaqat minn karozza fil-Gżira, viċin l-Istadium l-antik.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10pm fi Triq D’Argens.

Net News jinsab infurmat li r-raġel kien qed isuq scooter elettriku meta għal xi raġuni ntlaqat minn karozza tat-tip Peugeot.

Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 60 sena minn Birżebbuġa.

Fil-post waslu uffiċjali tal-Pulizija kif ukoll ambulanza.

Il-kundizzjoni u l-indentità tar-raġel li kien bl-iscooter għadha mhix magħrufa.