Internazzjonali

Renju Unit: Farage jinsab ‘lest biex ikeċċi lill-immigranti’

Nigel Farage, li jmexxi lill-Partit Reform (estremista tal-lemin) iddikjara li jekk hu jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li jmiss, ir-Renju Unit għandu jxolji mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Umani filwaqt li jarresta u jiddeporta ‘immedjatament’ lil kulmin jasal fil-pajjiż illegalment.

Farage fassal il-pjani għal kontra l-immigrazzjoni illegali wara qabża sinifikanti fl-ammont tal-immigranti illegali li qed qasmu l-Kanal Ingliż u li llum qed jingħataw il-kenn fir-Renju Unit..Dan  fost il-protesti tal-massa dwar il-policy tal-Gvern biex l-immigranti illegali jingħataw l-akkommodazzjoni b’xejn fil-lukandi ‘four-star’.

Minkejja li l-Partit Reform tella biss erba’ deputati fil-Parlament, l-istess partit, illum, qed iżid l-appoġġ b’rata straordinarja permezz ta’ aġenda politika li tirrifletti l-frustrazzjoni tal-Britanniċi dwar il-fallimenti tal-Gvernijiet suċċessivi biex jikkontrollaw l-immigrazzjoni illegali lejn ir-Renju Unit.