Internazzjonali

Taylor Swift u Travis Kelce jħabbru l-għerusija tagħhom

Il-kantanta internazzjonali Taylor Swift u l-plejer Amerikan tal-futbol Travis Kelce, li jilgħab mat-tim tal-Kansas City Chiefs, ħabbru uffiċjalment li ser jiżżewġu.

Il-koppja tat din l-aħbar nhar it-Tlieta permezz ta’ post fuq il-midja soċjali, fejn kitbu – “Your English teacher and your gym teacher are getting married”. Riflessjoni ta’ żewġ persuni li ġejjin minn xeni differenti – hi bħala kantanta u kitteba tal-kanzunetti u hu bħala atleta tal-futbol Amerikan.

Il-koppja kienet saret uffiċjali fl-2023, meta għal-ewwel darba bdew jidhru flimkien f’attivitajiet pubbliċi. Taylor Swift, magħrufa għall-kanzunetti romantiċi tagħha, kienet ġiet mistiedna wkoll fuq il-podcast ta’ Kelce, “New Heights”, li hu jagħmel flimkien ma’ ħuh, Jason Kelce.