Kmieni dalgħodu, il-Viċi Sindku Laburista tal-Imqabba Jonathan Dingli qal lis-segwaċi tiegħu fuq Facebook li llum għalih hija “ġurnata ta’ rilassament”.
Jonathan Dingli spiċċa f’kontroversja enormi wara l-kummenti dispreġjattivi li għadda fuq in-nies.
F’kumment pubbliku li għamel fuq storja tas-Super One dwar il-kandidat għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, Dingli ddikjara li Adrian Delia, “kien ġej mara, għaliex wisq iħobb jissawwat”… dikjarazzjoni li tkexkex u li turi l-insensittività ta’ politiku lejn dawk li huma vittmi ta’ vjolenza domestika.
F’din id-dikjarazzjoni, huwa ddikjara, li mara tieħu pjaċir meta tissawwat – bil-kumment ma jkollu xejn x’jaqsam mas-suġġett li fuqu kien qed jitkellem il-kandidat Adrian Delia.
Il-Viċi Sindku Laburista, mhux talli ma skużax ruħu u rriżenja mill-Kunsill, talli mat-Times baqa’ jiddefendi dak li qal.
Lanqas is-Sindku tal-Imqabba – li hi mara – ma qalet xejn fuq din is-saga kollha.
Lanqas l-għaqda Nisa Laburisti ma fetħet ħalqha.
//= $special ?>