Lokali

Żagħżugħ isofri ksur wara li ħabat bil-mutur fil-Marfa

Żagħżugħ ta’ 23 sena weġġa’ gravi wara li kien involut f’ħabta bil-mutur fi Triq il-Marfa – każ li seħħ ilbieraħ fit-8:15pm.

Net News jinsab infurmat li l-ħabta kienet bejn karozza Citroen misjuqa minn raġel ta’ 36 sena mill-Imġarr, u l-mutur misjuq miż-żagħżugħ minn San Pawl il-Baħar.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejin.