Internazzjonali

Żewġ pulizija jinqatlu fi sparatura f’Porepunkah fl-Awstralja

Matul il-jum tat-Tlieta, żewġ pulizija nqatlu u ieħor weġġa fi sparatura f’propjetà rurali f’Porepunkah, fl-Awstralja.

Is-servizzi ta’ emerġenza marru fuq il-post, u t-tfittxija għall-aggressur għadha għaddejja.

Il-Pulizija qalu li dan l-inċident għadu attiv, u li huma se jipprovdu iżjed informazzjoni malli jkunu jistgħu, filwaqt li ħeġġu lill-pubbliku biex jevitaw iz-zona.

Sorsi qalu lill-ABC News li l-uffiċjali kienu qed jeżegwixxu mandat relatat ma’ delitti sesswali meta seħħ l-isparatura.

Il-Prim Ministru Anthony Albanese u l-Premier ta’ Victoria Jacinta Allan esprimew tħassib għall-uffiċjali involuti.

Il-kap tal-iskola primarja ta’ Porepunkah, Jill Gillies, qalet lill-ABC News li l-iskola kienet taħt lockdown aktar kmieni fil-ġurnata. Hi qalet li ġew avżati biex ma jħallux lill-istudenti joħorġu fl-11:30am.

Ir-residenti wkoll ġew ordnati biex jagħlqu l-karozzi tagħhom, jibqgħu ġewwa u jinħbew.